In-nisa huma presidenti u ġenerali wkoll
X’jiġi f’moħħok meta tara president mara tonora suldat mara ta’ grad għoli? Tara xi ħaġa sorprendenti?
Wasal iż-żmien li nġibu fi tmiemhom il-preġudizzji li jillimitaw il-potenzjal tan-nisa u noffru opportunitajiet indaqs lil kulħadd biex jassumi rwoli ta’ tmexxija. L-ekonomiji u s-soċjetajiet tagħna jeħtieġu t-talent kollu li huwa disponibbli biex jiġi żgurat futur aħjar għal kulħadd.
Inkissru s-saqaf tal-ħġieġ: Ejjew niġġieldu l-istereotipi marbuta mal-ġeneru
In-nuqqas ta’ nisa fi rwoli ta’ tmexxija għandu impatti negattivi fuq is-soċjetà. Ir-riċerka wriet li d-diversità tal-ġeneru f’pożizzjonijiet ta’ tmexxija twassal għal teħid ta’ deċiżjonijiet aħjar, prestazzjoni organizzattiva mtejba, u aktar innovazzjoni. Minkejja dan, in-nisa għadhom sottorappreżentati fil-pożizzjonijiet tat-teħid tad-deċiżjonijiet fis-setturi kollha, mill-politika għan-negozju sal-akkademja.
Dan jipperpetwa l-kunċett ħażin li l-irġiel huma aktar adatti għat-tmexxija u jibgħat il-messaġġ ħażin lill-bniet u lin-nisa żgħażagħ li mhumiex kapaċi jew denji li jieħdu deċiżjonijiet. Jeħtieġ li nwaqqfu dan iċ-ċiklu vizzjuż u nressqu aktar nisa lejn pożizzjonijiet maniġerjali u ta’ tmexxija politika biex iservu bħala mudelli għall-ġenerazzjonijiet futuri.

Il-Kummissjoni Ewropea qed tħeġġeġ lill-pajjiżi tal-UE biex ikollhom aktar nisa f’pożizzjonijiet ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet u qed tiffinanzja diversi proġetti li jappoġġaw dan l-għan. Regoli ġodda tal-UEse jtejbu l-bilanċ bejn il-ġeneri f’pożizzjonijiet ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet fl-akbar kumpaniji kkwotati tal-UE billi jiżguraw proċeduri ġusti u trasparenti fl-għażla tal-kandidati għall-pożizzjonijiet fil-bordijiet. Tista’ wkoll tieħu passi żgħar f’din id-direzzjoni billi ma tħallix l-aspettattivi jillimitaw l-aspirazzjonijiet tiegħek jew billi tisma’ lin-nisa u lill-bniet u tħeġġiġhom isegwu l-għanijiet tagħhom, meta huma stess jistgħu jkunu influwenzati mill-istereotipi ta’ madwarhom.

Naraw lil hinn mill-figuri
L-indirizzar tal-istereotipi marbuta mal-ġeneru fil-prattika
L-uniku mod biex negħlbu l-istereotipi marbuta mal-ġeneru huwa billi nieħdu azzjonijiet konkreti u nħeġġu l-parteċipazzjoni ugwali tan-nisa u tal-irġiel fl-aspetti kollha tal-ħajja. Sir af aktar dwar xi proġetti ffinanzjati mill-UE li jindirizzaw l-istereotipi marbuta mal-ġeneru::
Ejjew nieħu azzjoni flimkien!
Trid tiġġieled l-istereotipi u tgħin biex tippromwovi l-ugwaljanza bejn il-ġeneri? Biex tgħin tqajjem kuxjenza dwar dan is-suġġett, xerred il-materjal tal-kampanja bil-hashtag #EndGenderStereotypes.
Kulħadd għandu s-setgħa li jġib bidla!

- Digital kit - Ръководни позиции
- Digital kit - Toma de decisiones
- Digital kit - Rozhodování
- Digital kit - Beslutningstagning
- Digital kit - Entscheidungsfindung
- Digital kit - Otsuste tegemine
- Digital kit - Λήψη αποφάσεων
- Digital kit - Decision-making
- Digital kit - Prise de décision
- Digital kit - Cinnteoireacht
- Digital kit - Donošenje odluka
- Digital kit - Processo decisionale
- Digital kit - Lēmumu pieņemšana
- Digital kit - Sprendimų priėmimas
- Digital kit - Döntéshozatal
- Digital kit - Besluitvorming
- Digital kit - Podejmowanie decyzji
- Digital kit - Tomada de decisões
- Digital kit - Luarea deciziilor
- Digital kit - Rozhodovanie
- Digital kit - Sprejemanje odločitev
- Digital kit - Päätöksenteko
- Digital kit - Beslutsfattande