Mur għall-kontenut ewlieni
#EndGenderStereotypes
Women firefighters putting off a fire
Mhux mistenni?

#EndGenderStereotypes

In-nisa huma pumpiera wkoll!

Ejjew inkunu rivoluzzjonarji: Ejjew niġġieldu l-istereotipi marbuta mal-ġeneru

Naraw lil hinn mill-figuri

35%
tal-Ewropej jemmnu li l-irġiel huma aktar ambizzjużi min-nisa.
36%
huwa kemm in-nisa b’mod ġenerali jaqilgħu inqas bħala medja meta mqabbla mal-irġiel.
20%
tal-gradwati fit-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (ICT) huma nisa.

 

L-indirizzar tal-istereotipi marbuta mal-ġeneru fil-prattika

L-uniku mod biex negħlbu l-istereotipi marbuta mal-ġeneru huwa billi nieħdu azzjonijiet konkreti u nħeġġu għażliet ta’ karriera mingħajr stereotipi marbuta mal-ġeneru. Sir af aktar dwar xi proġetti ffinanzjati mill-UE li jindirizzaw l-istereotipi marbuta mal-ġeneru:

ECaRoM logo

l-proġett ECaRoM jegħleb l-istereotip li l-irġiel ma jistgħux ikunu indokraturi billi juri li s-settur tal-kura joffri karrieri li joffru sodisfazzjon kemm għall-irġiel kif ukoll għan-nisa.

MindTheGap logo

F’ħafna pajjiżi, l-istereotipi marbuta mal-ġeneru jaffettwaw l-edukazzjoni, il-karrieri u l-ħajja tas-subien u l-bniet. Il-proġett inaqqas l-effett tal-istereotipi marbuta mal-ġeneru fuq l-għażliet tal-ħajja tal-bniet u tas-subien fl-Italja, fi Spanja u fil-Portugall.

Beyond logo

L-iskejjel preprimarji u l-iskejjel jista’ jkollhom rwol attiv fit-tkissir tal-istereotipi marbuta mal-ġeneru li jibdew minn età bikrija. Skopri kif BEYOND, proġett immexxi minn sitt sħab mill-Italja, mil-Litwanja, mill-Bulgarija u mill-Belġju, jagħmel dan billi jħarreġ lill-edukaturi u lill-professjonisti filwaqt li jinvolvi l-familji tat-tfal ukoll.

Co-Funded by the European Union logo

Dan il-proġett se jikkontribwixxi biex jinbidlu l-prattiki, l-istrateġiji, u l-perċezzjoni tas-soċjetà dwar ir-rwol tan-nisa fis-settur agrikolu fil-Portugall u fi Spanja. Dan se jqajjem kuxjenza dwar l-isfidi li n-nisa jiffaċċjaw, iżda wkoll dwar il-valur u l-potenzjal tagħhom f’dan is-settur.

 

Ejjew nieħu azzjoni flimkien!

Trid tiġġieled l-istereotipi u tgħin biex tippromwovi l-ugwaljanza bejn il-ġeneri? Biex tgħin tqajjem kuxjenza dwar dan is-suġġett, xerred il-materjal tal-kampanja bil-hashtag #EndGenderStereotypes.

Kulħadd għandu s-setgħa li jġib bidla!

  • Pubblikazzjonijiet ġenerali
  • 10 Frar 2023
Digital kit - Għażliet tal-karriera
  • Digital kit - Възможности за избор на кариера
    български
    (53.02 MB - ZIP)
  • Digital kit - Elección profesional
    español
    (55.78 MB - ZIP)
  • Digital kit - Výběr povolání
    čeština
    (51.53 MB - ZIP)
  • Digital kit - Karrierevalg
    dansk
    (54.61 MB - ZIP)
  • Digital kit - Karriereentscheidungen
    Deutsch
    (53.3 MB - ZIP)
  • Digital kit - Karjäärivalikud
    eesti
    (53.08 MB - ZIP)
  • Digital kit - Επιλογές σταδιοδρομίας
    ελληνικά
    (53.22 MB - ZIP)
  • Digital kit - Career Choices
    English
    (64.77 MB - ZIP)
  • Digital kit - Choix de carrière
    français
    (52.15 MB - ZIP)
  • Digital kit - Roghanna gairme
    Gaeilge
    (45.72 MB - ZIP)
  • Digital kit - Izbor karijere
    hrvatski
    (53.15 MB - ZIP)
  • Digital kit - Scelte professionali
    italiano
    (53.76 MB - ZIP)
  • Digital kit - Profesijas izvēle
    latviešu
    (52.52 MB - ZIP)
  • Digital kit - Karjeros pasirinkimai
    lietuvių
    (51.52 MB - ZIP)
  • Digital kit - Pályaválasztás
    magyar
    (53 MB - ZIP)
  • Digital kit - Loopbaankeuzes
    Nederlands
    (52.23 MB - ZIP)
  • Digital kit - Wybór kariery
    polski
    (54.16 MB - ZIP)
  • Digital kit - Escolha de carreiras
    português
    (69.31 MB - ZIP)
  • Digital kit - Alegeri de carieră
    română
    (68.89 MB - ZIP)
  • Digital kit - Kariérne možnosti
    slovenčina
    (70.2 MB - ZIP)
  • Digital kit - Izbira kariere
    slovenščina
    (52.94 MB - ZIP)
  • Digital kit - Uravalinnat
    suomi
    (52.27 MB - ZIP)
  • Digital kit - Karriärval
    svenska
    (71.96 MB - ZIP)

 

Tixtieq tkun taf aktar?

Ikklikkja fuq it-temi ta’ hawn taħt biex tiskopri fejn u kif l-istereotipi marbuta mal-ġeneru sawru d-dinja tagħna u kif nistgħu nimxu ’l quddiem flimkien.