Il-missirijiet jieħdu ħsieb it-tfal ukoll!
X’jiġi f’moħħok meta tara missier jagħmel xagħar bintu? Tara xi ħaġa mhux tas-soltu?
L-istereotipi marbuta mal-ġeneru jillimitawna lkoll. Ejjew infarrkuhom u niftħu dinja ta’ possibbiltajiet! L-indukrar u x-xogħol professjonali mhumiex limitati għal ġeneru wieħed. Wasal iż-żmien li tintemm il-pressjoni mis-soċjetà u jinħolqu opportunitajiet indaqs għal kulħadd biex wieħed jirnexxi kemm fil-ħajja personali kif ukoll f’dik professjonali tiegħu. Flimkien, nistgħu noħolqu dinja aktar ibbilanċjata bejn il-ġeneri u ugwali.
Insibu bilanċ: Ejjew niġġieldu l-istereotipi marbuta mal-ġeneru
In-nisa jkomplu jassumu sehem sproporzjonat tar-responsabbiltajiet tal-indukrar tat-tfal. L-ommijiet għandhom probabbiltà akbar mill-missirijiet li jaħdmu part-time, jieqfu mill-karrieri tagħhom, jew inaqqsu l-ambizzjonijiet professjonali tagħhom. Dan iżid mal-fatt li bħala medja, in-nisa jitħallsu inqas fis-siegħa mill-irġiel, u għandu impatt negattiv fuq il-pensjonijiet tagħhom, u jħallihom aktar vulnerabbli għall-esklużjoni soċjali u l-faqar. Introjtu ieħor fil-familja jista’ jipprevjeni r-riskju tal-faqar. Ir-responsabbiltajiet ta’ indukrar jeħtieġ li jinqasmu aħjar bejn iż-żewġ ġenituri u jiġu appoġġati minn servizzi ta’ indukrar tat-tfal ta’ kwalità għolja u għall-but ta’ kulħadd. Dan huwa wkoll ta’ benefiċċju għat-tfal. Il-miżuri ta’ bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata jistgħu jagħtu wkoll lok għal flessibbiltà – dan jista’ jkun ta’ benefiċċju, pereżempju, b’mod partikolari għal ġenituri waħedhom.
Miżuri li jippromovu kompatibbiltà akbar bejn ix-xogħol u l-ħajja tal-familja jistgħu jgħinu biex tinkiseb l-ugwaljanza bejn il-ġeneri. Dawn iħeġġu lill-irġiel u lin-nisa biex jaqsmu r-responsabbiltajiet tal-kura b’mod ugwali u jagħmluha aktar faċli għan-nisa biex jidħlu jew jirritornaw għax-xogħol imħallas wara perjodu ta’ liv minħabba raġunijiet familjari. Bilanċ b’saħħtu tal-ħajja personali u professjonali jista’ jikkontribwixxi wkoll għall-kuntentizza ġenerali tal-ġenituri.

Il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata u aċċess aħjar għas-servizzi tal-kura tat-tfal huma promossi mill-politiki tal-UE bħad-Direttiva dwar il-Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Ħajja Privata u l-Istrateġija Ewropea dwar il-Kura. Inti, bħala impjegat, impjegatur, jew ġenitur, tista’ wkoll tieħu passi żgħar: Bħala impjegatur, oħloq bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għall-impjegati tiegħek. Bħala ġenitur, tista’ taqsam ir-responsabbiltajiet tal-ġenituri u tad-dar. Dawn l-aġġustamenti żgħar se jkunu ta’ benefiċċju għalina lkoll!

Naraw lil hinn mill-figuri
Sorsi:
Ewrobarometru speċjali 465: Gender Equality 2017
EUROSTAT Reconciliation of work and family life - statistics
EIGE’s Upcoming Survey of Gender Gaps in Unpaid Care, Individual and Social Activities, 2022.
L-indirizzar tal-istereotipi marbuta mal-ġeneru fil-prattika
L-uniku mod biex negħlbu l-istereotipi marbuta mal-ġeneru huwa billi nieħdu azzjonijiet konkreti u nħeġġu l-parteċipazzjoni ugwali tan-nisa u tal-irġiel fl-aspetti kollha tal-ħajja. Sir af aktar dwar xi proġetti ffinanzjati mill-UE li jindirizzaw l-istereotipi marbuta mal-ġeneru:
Ejjew nieħu azzjoni flimkien!
Trid tiġġieled l-istereotipi u tgħin biex tippromwovi l-ugwaljanza bejn il-ġeneri? Biex tgħin tqajjem kuxjenza dwar dan is-suġġett, xerred il-materjal tal-kampanja bil-hashtag #EndGenderStereotypes.
Kulħadd għandu s-setgħa li jġib bidla!
- български
- español
- čeština
- dansk
- Deutsch
- eesti
- ελληνικά
- English
- français
- Gaeilge
- hrvatski
- italiano
- latviešu
- lietuvių
- magyar
- Nederlands
- polski
- português
- română
- slovenčina
- slovenščina
- suomi
- svenska









