Mur għall-kontenut ewlieni
Bandiera tal-Unjoni Ewropea
#EndGenderStereotypes
A female President decorating a high-ranking military woman   Surprising?  #EndGenderStereotypes
Mhux mistenni?

#EndGenderStereotypes

In-nisa huma presidenti u ġenerali wkoll

Inkissru s-saqaf tal-ħġieġ: Ejjew niġġieldu l-istereotipi marbuta mal-ġeneru

Naraw lil hinn mill-figuri

69% tal-Ewropej jaħsbu li n-nisa għandhom probabbiltà akbar mill-irġiel li jieħdu deċiżjonijiet skont l-emozzjonijiet tagħhom.
32% tal-membri tal-parlamenti nazzjonali madwar l-UE huma nisa.
8% tal-uffiċjali kap eżekuttivi tal-kumpaniji kbar ikkwotati fl-UE huma nisa.

 

L-indirizzar tal-istereotipi marbuta mal-ġeneru fil-prattika

L-uniku mod biex negħlbu l-istereotipi marbuta mal-ġeneru huwa billi nieħdu azzjonijiet konkreti u nħeġġu l-parteċipazzjoni ugwali tan-nisa u tal-irġiel fl-aspetti kollha tal-ħajja. Sir af aktar dwar xi proġetti ffinanzjati mill-UE li jindirizzaw l-istereotipi marbuta mal-ġeneru::

Co-Funded by the European Union logo

L-istereotipi u t-twemmin marbuta mal-ġeneru spiss jillimitaw l-impenn politiku tan-nisa żgħażagħ. Dan il-proġett Sloven se jagħti s-setgħa lin-nisa żgħażagħ u joħloq opportunitajiet aħjar għall-involviment tagħhom fil-politika u l-parteċipazzjoni ċivika.

Co-Funded by the European Union logo

L-għan ta’ dan il-proġett huwa li jġib bidla fil-kultura Estonjana fuq il-post tax-xogħol sabiex jgħin lin-nisa jilħqu rwoli ta’ tmexxija, kemm fis-settur pubbliku kif ukoll f’dak privat.

 

Ejjew nieħu azzjoni flimkien!

Trid tiġġieled l-istereotipi u tgħin biex tippromwovi l-ugwaljanza bejn il-ġeneri? Biex tgħin tqajjem kuxjenza dwar dan is-suġġett, xerred il-materjal tal-kampanja bil-hashtag #EndGenderStereotypes.

Kulħadd għandu s-setgħa li jġib bidla!

 

Tixtieq tkun taf aktar?

Ikklikkja fuq it-temi ta’ hawn taħt biex tiskopri fejn u kif l-istereotipi marbuta mal-ġeneru sawru d-dinja tagħna u kif nistgħu nimxu ’l quddiem flimkien.