Mur għall-kontenut ewlieni
Bandiera tal-Unjoni Ewropea
#EndGenderStereotypes

Nikkunsidraw mill-ġdid il-perspettivi tagħna: Ejjew niddiskutu l-istereotipi marbuta mal-ġeneru

mt-life

Din il-kampanja għandha l-għan li tqajjem kuxjenza dwar l-istereotipi marbuta mal-ġeneru fis-soċjetà.

X’ġeneru jiġi mill-ewwel f’moħħok meta taħseb dwar ċertu ġugarell, xogħol, sport, jew saħansitra kulur? L-istereotipi marbuta mal-ġeneru huma mnaqqxa sew fil-kultura tagħna u huma kawża ewlenija ta’ inugwaljanzi bejn il-ġeneri. Ħafna drabi, lanqas biss nafu bihom, iżda dawn jaffettwaw lil kull wieħed minna, kemm nisa kif ukoll irġiel. L-istereotipi marbuta mal-ġeneru jistgħu jillimitaw il-kapaċità tagħna u l-aspirazzjonijiet li nagħżlu qasam ta’ studju jew taħriġ, infittxu karriera professjonali, u nagħmlu dawk l-għażliet sempliċi fil-ħajja, bħal li nsibu passatemp. L-impatt tal-istereotipi jista’ jkun saħansitra akbar għal xi nies: pereżempju jekk xi ħadd ikollu diżabilità jew ikun minn sfond ta’ minoranza etnika, huwa jista’ jesperjenza stereotipi multipli. Kull wieħed minna għandu identitajiet differenti, u fl-intersezzjonijiet tagħhom, nistgħu niffaċċjaw esperjenzi uniċi ta’ diskriminazzjoni. L-istereotipi marbuta mal-ġeneru jillimitaw il-libertà ta’ kulħadd. Huwa għalhekk li hu importanti li wieħed jeżaminahom.

Wasal iż-żmien li nimxu mal-messaġġ tal-kampanja #EndGenderStereotypes!

Għażliet tal-karriera

mt-CareerChoices

X’jiġi f’moħħok meta tara pumpiera mara? Tara xi ħaġa mhux normali?

L-istereotipi u l-preġudizzji marbuta mal-ġeneru huma ttimbrati fl-imħuħ tan-nies sa mit-tfulija. Mill-ħiliet li niksbu meta nkunu tfal għal dak li nistudjaw fl-iskola u l-karrieri li naqbdu, l-aspettattivi stereotipiċi għan-nisa u l-irġiel, il-bniet u s-subien, jistgħu jillimitaw l-aspirazzjonijiet, l-għażliet u l-libertà tagħna. Għalhekk, għandna bżonn nistaqsu x’nagħmlu minn rajna; u x’nagħmlu minħabba l-istereotipi tagħna.

Aqra iktar

Bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata

mt-work

X’jiġi f’moħħok meta tara missier jagħmel xagħar bintu? Tara xi ħaġa mhux tas-soltu?

Ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-irġiel u n-nisa fil-familji u l-impjiegi tagħhom huma ddeterminati mhux biss mill-għażliet liberi tagħhom iżda wkoll mill-istereotipi marbuta mal-ġeneru. L-isforz għall-bilanċ bejn il-ġeneri fuq il-post tax-xogħol, fid-dar, u fis-soċjetà jeħtieġ li jwessa’ l-perspettiva ta’ dak li jkun dwar dawn il-kwistjonijiet, billi jisfida n-normi u t-twemmin konvenzjonali.

Aqra iktar

Teħid ta’ deċiżjonijiet

mt-DecisionMaking

X’jiġi f’moħħok meta tara president mara tonora suldat mara ta’ grad għoli? Tara xi ħaġa sorprendenti?

In-nisa għadhom sottorappreżentati f’pożizzjonijiet ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet fl-oqsma kollha, u dan huwa parzjalment dovut għall-istereotipi marbuta mal-ġeneru. Iżda fin-negozju, il-politika, u s-soċjetà kollha kemm hi, nistgħu biss nilħqu l-potenzjal sħiħ tagħna jekk nużaw it-talent u d-diversità kollha tagħna. Jekk nużaw nofs il-popolazzjoni biss, dan iwassal biss nofs l-ideat u l-enerġija. Jeħtieġ li nindirizzaw l-istereotipi li jipprevjenu lin-nisa milli jilħqu f’karigi ta’ tmexxija.

Aqra iktar

Naraw lil hinn mill-figuri

44% tal-Ewropej jaħsbu li l-aktar rwol importanti ta’ mara huwa li tieħu ħsieb darha u familtha.
36% huwa l-perċentwal ta’ kemm in-nisa b’mod ġenerali jaqilgħu inqas bħala medja meta mqabbla mal-irġiel.
8% tal-uffiċjali kap eżekuttivi tal-kumpaniji kbar ikkwotati fl-UE huma nisa.

 

Ejjew nieħdu azzjoni flimkien!

Trid tiġġieled l-istereotipi u tgħin biex tippromwovi l-ugwaljanza bejn il-ġeneri? Biex tgħin tqajjem kuxjenza dwar dan is-suġġett, xerred il-materjal tal-kampanja bil-hashtag #EndGenderStereotypes.

Kulħadd għandu s-setgħa li jġib bidla!

 

Tixtieq tkun taf aktar?

Ikklikkja fuq it-temi ta’ hawn taħt biex tiskopri fejn u kif l-istereotipi marbuta mal-ġeneru sawru d-dinja tagħna u kif nistgħu nimxu ’l quddiem flimkien.